Il-Kwadru Titulari tal-Madonna tal-Grazzja — Ħaż-Żabbar
Arma tal-Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-ŻabbarLogo tal-75 Sena mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari 1951–2026

PROGRAMM F'ĠIEĦIL-MADONNA TAL-GRAZZJAFIS-SANTWARJU TAGĦHA TA' ĦAŻ-ŻABBARSETTEMBRU 2026

  1. L-Erbgħa 2 ta' Settembru

    Jum it-Tifkira Solenni tal-75 Sena mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari, Devot u Mirakoluż, tal-Madonna tal-Grazzja

    • 6:30pm

      Jibda korteo u ċelebrazzjoni Marjana fit-toroq ta' Ħaż-Żabbar mill-Kappella ta' Santa Marija. Jakkumpanjaw iż-żewġ baned Żabbarin tul il-korteo bid-daqq tal-innijiet. Il-korteo jgħaddi minn Triq Santa Marija, Misraħ San Ġakbu, Misraħ is-Sliem, Triq il-Kbira, Triq l-Immakulata Kunċizzjoni, Triq Ġanni Bonavia, Pjazza tal-Madonna Medjatriċi, Triq Hompesch, Triq il-Kunvent, Triq Felice u Triq is-Santwarju.

    • 7:45pm

      Tibda t-talba tar-Rużarju Aux Flambeaux minn Triq is-Santwarju lejn is-Santwarju Arċipretali fejn tkompli ċ-ċelebrazzjoni Marjana. Kif tintemm, jinqara d-digriet tat-tqegħid tal-Warda tad-Deheb tal-Mons. Arċisqof mill-Kanċillier tal-Arċidjoċesi. Wara jkun hemm ħin biex wieħed jara l-Warda esposta fis-Santwarju.

  2. Il-Ħamis 3 ta' Settembru

    L-Ewwel Salve

    • 12:00pm

      Tindaqq mota solenni mill-kampnari tas-Santwarju li tħabbar il-bidu tan-Novena.

    • 6:00pm

      Pontifikal Solenni mmexxi mill-E.T. Mons. Isqof Joseph Galea-Curmi, Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali. Wara, funzjoni tas-Salve u barka sagramentali. Janima l-kor parrokkjali 'Notre Dame'.

    • 7:30pm

      Ħruġ min-niċċa tal-Madonna tal-Grazzja.

    • 8:00pm

      Ċelebrazzjoni Marjana bil-vara tal-Madonna tal-Grazzja fuq iz-zuntier, bis-sehem taż-żewġ baned ta' Ħaż-Żabbar.

  3. Il-Ġimgħa 4 ta' Settembru

    L-Ewwel Jum tan-Novena

    • 6:30pm

      Quddiesa bil-prietka tan-Novena; iqaddes il-W. Rev.du Viċi-Arċipriet Kan. Dun Gylan Camilleri. Jippriedka tul in-Novena kollha l-W. Rev.du Kan. Dun Sean Abela, Kappillan tal-Parroċċa ta' Marija Mtellgħa s-Sema, l-Imġarr. Janima l-grupp taż-żgħażagħ 'Żabbar Youths'. Mistiedna l-membri tal-gruppi, għaqdiet parrokkjali u gruppi soċjali ta' Ħaż-Żabbar. Wara, kant tas-Salve Regina, antifona u barka sagramentali.

  4. Is-Sibt 5 ta' Settembru

    It-Tieni Jum tan-Novena

    • 5:00pm

      Quddiesa.

    • 6:15pm

      Quddiesa tan-Novena; iqaddes il-W. Rev.du Kan. Dun Franklin Vella, Viċi Kappillan ta' Kerċem, Għawdex. Mistiedna l-kumitati tas-soċjetajiet mużikali Żabbarin, il-membri tal-kumitat Pellegrinaġġ Muturi u Roti u kull min se jieħu sehem fiż-żewġ pellegrinaġġi, tat-tfal u tal-kbar. Janimaw l-aħwa tal-Mixja Neo-Katekumenali.

  5. Il-Ħadd 6 ta' Settembru

    Tifkira tal-75 Sena mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari — It-Tielet Jum tan-Novena

    • 9:30am

      Wasla tal-E.T. Mons. Arċisqof ġewwa s-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja.

    • 10:00am

      Pontifikal Solenni mmexxi mill-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, Arċisqof Metropolita ta' Malta, fejn infakkru l-75 sena minn meta l-Kwadru Titulari ġie inkurunat solennement mill-mibki Mons. Mikiel Gonzi. Janima l-kor parrokkjali 'Notre Dame'. Waqt il-quddiesa titpoġġa l-Warda tad-Deheb. Wara, l-Arċisqof jikxef lapida kommemorattiva tal-irħam fil-portiku tas-Santwarju flimkien mal-Arċipriet, il-Kleru u l-poplu Żabbari.

    • 6:30pm

      It-Tielet Jum tan-Novena. Iqaddes il-W. Rev.du Arċipriet Dun Roderick Camilleri. Wara, kant tas-Salve Regina, antifona, Te Deum ta' ringrazzjament u barka sagramentali. Mistiedna b'mod speċjali dawk li kienu preżenti għall-Inkurunazzjoni tal-1951 u dawk li din is-sena jiċċelebraw il-75 sena tagħhom. Wara l-quddiesa jingħata l-mandat lir-reffiegħa tal-vara.

    • 8:00pm

      Marċ mill-Grupp Armar tal-Parroċċa li jibda minn fuq iz-zuntier tas-Santwarju bl-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja li tintrama fi Pjazza tal-Madonna Medjatriċi.

  6. It-Tnejn 7 ta' Settembru

    Ir-Raba' Jum tan-Novena

    • 6:30pm

      Quddiesa tan-Novena; iqaddes il-W. Rev.du Dun David Borg, Kappillan tal-Parroċċa tal-Madonna ta' Lourdes, Raħal Ġdid. Mistiedna r-residenti taż-żoni u l-katekisti tal-parroċċa, kif ukoll dawk kollha li jagħtu sehemhom fil-liturġija — animaturi, letturi, Ministri Straordinarji tat-Tqarbin — flimkien mal-Grupp tal-Voluntiera tas-Santwarju u l-Grupp tal-Armar tal-Parroċċa. Janimaw is-Sur u s-Sra Jason u Kathianne Farrugia.

  7. It-Tlieta 8 ta' Settembru

    Il-Ħames Jum tan-Novena

    • 9:30am

      Jitlaq il-pellegrinaġġ tat-tfal bir-roti minn quddiem il-Knisja tas-Salib Imqaddes.

    • 11:00am

      Il-pellegrinaġġ jasal quddiem is-Santwarju fejn issir ċelebrazzjoni qasira.

    • 6:30pm

      Quddiesa tan-novena mmexxija mill-W. Rev.mu Mons. Dun Ġużepp Ellul, b’suffraġju għal dawk li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem mill-aħħar festa tal-2025 lil hawn. Mistiedna b’mod speċjali l-familjari tagħhom. Jissemmew dawk li mietu fil-bidu tal-quddiesa. Janima l-kor parrokkjali ‘Notre Dame’.

  8. L-Erbgħa 9 ta' Settembru

    Is-Sitt Jum tan-Novena

    • 9:30am

      Quddiesa għall-morda mmexxija mill-W. Rev.du Arċipriet Dun Roderick Camilleri, u li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Jieħdu sehem il-Grupp Nisa Azzjoni Kattolika u l-Grupp Romol. Janimaw is-Sur Michael u s-Sra Lucienne Xuereb.

    • 6:30pm

      Quddiesa tan-novena mmexxija mill-W. Rev.mu Mons. Dun Carmelo Refalo, Rettur tas-Santwarju Marjan tal-Madonna Ta’ Pinu, l-Għarb (Għawdex), fejn fiha ssir il-Vestizzjoni ta’ Abbatini ġodda fil-parroċċa tagħna. Janima l-Grupp Salm.

  9. Il-Ħamis 10 ta' Settembru

    Is-Seba’ Jum tan-Novena

    • 8:30am

      Quddiesa f’Jum it-Tfal immexxija mill-W. Rev.du Dun Osmar Baldacchino, Chaplain tal-Iskola Minuri tas-Seminarju tal-Arċisqof, u wara l-quddiesa ninġabru fuq iz-zuntier għad-dimostrazzjoni Marjana bl-istatwa ż-żgħira tal-Madonna tal-Grazzja. Janima l-Kor tat-Tfal.

    • 4:30pm

      Pellegrinaġġ minn Pjazza tal-Madonna Medjatriċi għall-ġenituri u wliedhom. Kif il-pellegrinaġġ jidħol fis-Santwarju ssir ċelebrazzjoni tal-Kelma ta’ Alla, it-talba għat-trabi fil-ġuf u l-preżentazzjoni tat-trabi lill-Madonna tal-Grazzja.

    • 6:30pm

      Quddiesa tan-novena mmexxija mill-W. Rev.du Kan. Dun Keith Scicluna, Rettur taż-Żona ta’ San Ġakbu l-Kbir, ix-Xgħajra, għall-familji u dawk li jaħdmu fil-qasam bħall-Grufan u l-Korsijiet ta’ Kana. Mistiedna speċjali jkunu dawk li matul din is-sena għandhom l-anniversarju taż-żwieġ Nisrani tagħhom – 5, 10, 15, 20, 25, 30, 35, 40, 45, 50 u 50+. Min għandu dawn l-anniversarji kif ukoll il-koppji li żżewġu matul din l-aħħar sena, huma mitluba jikkuntattjaw lill-inkarigati fuq 79302736. Jingħataw tifkira. Janimaw is-Sur Michael u s-Sra Lucienne Xuereb.

  10. Il-Ġimgħa 11 ta' Settembru

    It-Tmien Jum tan-Novena

    • 6:30pm

      Konċelebrazzjoni mmexxija mill-W. Rev.du Dun Faustino Ellul, Rettur taż-Żona tas-Salib Imqaddes. Mistiedna s-Saċerdoti u r-Reliġjużi li jaħdmu fil-Parroċċa jew li huma minn Ħaż-Żabbar fejn isir talb għall-vokazzjonijiet. Jieħdu sehem ukoll ir-reliġjużi nisa li għandna fil-parroċċa: Dumnikani, Ursolini u Salesjani. Janima l-kor parrokkjali ‘Notre Dame’.

  11. Is-Sibt 12 ta' Settembru

    L-aħħar Jum tan-Novena u Lejlet il-Festa

    • 8:30am

      Konċelebrazzjoni mmexxija mill-E.T. Mons. Joe Alessandro OFM Cap, Isqof Emeritu ta’ Garissa, il-Kenja, bl-aħħar prietka tan-novena u kant tat-Te Deum bħala għeluq tan-novena. Huma mistiedna l-emigranti li jkunu hawn fostna ż-Żabbarin li joqogħdu barra mill-Parroċċa. Janimaw il-Kor Parrokkjali ‘Notre Dame’.

    • 10:15am

      Isir it-tberik taż-żewġ baned Żabbarin: Is-Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ u l-Għaqda Madonna tal-Grazzja, Banda San Mikiel, mill-W. Rev.du Arċipriet Dun Roderick Camilleri. Il-baned idoqqu flimkien l-Ave Maria u innijiet Marjani. Fil-11.00am jibdew il-marċi tradizzjonali tagħhom minn ħdejn il-każini rispettivi tagħhom.

    • 5:00pm

      Quddiesa mmexxija mill-W. Rev.du Kan. Dun Joe Galea.

    • 6:00pm

      Quddiesa mmexxija mill-W. Rev.du Kan. Dun Sean Abela.

    • 7:15pm

      Tranżulazzjoni Solenni tar-Relikwa tal-Madonna mill-E.T. Mons. Carmelo Zammit, Isqof Emeritu ta’ Ġibiltà, mill-Kappella tal-Lunzjata għall-Knisja Arċipretali. Kant tal-Ewwel Għasar, Salve Regina, Litanija u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Janima l-kor parrokkjali ‘Notre Dame’.

  12. Il-Ħadd 13 ta' Settembru

    Jum il-Festa Titulari

    • 6:00am

      Quddiesa mmexxija mill-W. Rev.du Dun Faustino Ellul.

    • 7:00am

      Quddiesa mmexxija mill-W. Rev.du Viċi-Arċipriet Kan. Dun Gylan Camilleri.

    • 8:00am

      Quddiesa mmexxija mill-W. Rev.mu Mons. Dun Ġużepp Ellul.

    • 9:30am

      Pontifikal Solenni mmexxi mill-E.T. Mons. George Frendo, Arċisqof Emeritu ta’ Tirana-Durrës, l-Albanija, jinseġ il-paniġierku il-W. Rev.du Patri Alan Joseph Adami OP. Janima l-kor parrokkjali ‘Notre Dame’.

    • 11:45am

      Quddiesa mmexxija mill-W. Rev.du Dun Paul Fenech.

    • 12:30pm

      Jasal il-Pellegrinaġġ tal-Muturi u r-Roti, li din is-sena qiegħed jiċċelebra l-75 sena mill-bidu tiegħu fl-1951, fejn issir ċelebrazzjoni qasira fuq iz-zuntier għall-pellegrini.

    • 4:45pm

      Quddiesa mmexxija mill-W. Rev.du Kan. Dun Keith Scicluna.

    • 5:45pm

      Kant tat-Tieni Għasar tal-Madonna.

    • 7:00pm

      Ħruġ tal-purċissjoni bil-vara artistika u devota tal-Madonna tal-Grazzja, immexxija mis-saċerdot novell il-W. Rev.du Patri Ryan Dalli OFM Cap, saċerdot Żabbari mill-komunità Kapuċċina tal-Kalkara. Fl-ewwel parti tal-purċissjoni jingħad ir-Rużarju.

    • 10:30pm

      Dħul tal-vara, kant tal-antifona u ċelebrazzjoni Ewkaristika. Janima l-kor parrokkjali ‘Notre Dame’.

Ibqa' aġġornat bl-aħbarijiet tal-Festa 2026 billi ssegwi l-paġna tas-Santwarju.

Follow